Maria Putin, it-tifla tal-President Russu, ħarbet mid-dar li għandha f’The Hague hekk kif qed tikber ir-rabja għall-aġir Russu fil-każ tal-Malaysian Airlines.
Maria Putin kienet tgħix 30 kilometru biss bogħod mill-ajruport minn fejn telaq l-ajruplan. Hekk kif sar magħruf f’dawn l-aħħar ġranet li t-tifla tal-President Russu kellha appartament ta’ madwar tliet miljun ewro, beda jkun hemm protesti kontra l-preżenza tagħha. Hi kienet tgħix flimkien mal-għarus tagħha Jorrit Faasen f’Vorshoten fil-periferiji ta’ The Hague. Il-ġirien qalu li hi bdiet tgħix hemm is-sena li għaddiet.
Ħafna qed jagħtu t-tort lil Putin għal dak li ġara u jgħidu li kien il-Kremlin li ta l-missili lir-ribelli.
Is-Sindku wkoll kien irrabjat għall-preżenza ta’ bint Putin li ssuġġerixxa li din għandha tkun deportata. Is-sitwazzjoni tagħha kompliet issir aktar prekarja anki għal raġunijiet ta’ sigurtà, wara li attivisti Ukreni ppubblikaw l-indirizz tagħha.
Hemm rapporti li l-koppja aktarx marret lura Moska fejn tista’ tkun protetta aħjar.
//= $special ?>

