L-Istati Uniti ngħaqdet ma’ pajjiżi oħra li ħabbru li qed jevakaw lil nieshom mil-Libja dan hekk kif il-ġlied fi Tripli u Bengazi m’hu qed ibatti xejn.
L-Istati Uniti wissiet ukoll biex iċ-ċittadiniAmerikani ma jzurx il-Libja għaliex is-sitwazzjoni kienet perikoluza wisq u li issa l-ambaxxata hemmhekk kienet ingħalqet.
Sadattant qed jipprova jintlaħaq ftehim għal waqfien mill-ġlied. Fl-aħħar jiem il-ġlied fil-Libja ma waqafx, partikolarment viċin l-Ajruport internazzjonali tal-kapitali Tripli.
Il-ġlied hu l-aktar bejn il-ġellieda mill-belt ta’ Zintan u l-alleati tagħhom, li għandhom il-kontroll tal-ajruport ta’ Tripli, u l-ġellieda mill-belt ta’ Misrata li għandhom l-appoġġ ta’ militanti Islamiċi.
Il-Ġimgħa l-Gvern Libjan, wissa’ biex iż-żewġ gruppi ewlenin li qed jiġġieldu jersqu lejn il-mejda tan-negozjati għal ftehim dwar waqfien mill-ġlied imma s’issa bla suċċess.
F’kull rapport fil-media internazzjonali qed jingħad f’liema stat fraġli jinsab dan il-pajjiż li ilu ghal dawn l-aħħar tlett snin jiġġieled biex isir demokratiku iżda l-kilba għall-poter minn miliżji ribelli li qed ikomplu joħolqu l-kunflitt qed tħalli lil-Libja maqbuda f’sitwazzjoni fejn il-Gvern, ikun min ikun ma jkollu kontroll ta’ xejn.
//= $special ?>

