Il-Ġermaniż Nico Rosberg fuq Mercedes kiseb il-pole position għall-GP tal-Ungerija l-Ħadd b’vantaġġ ta’ kważi nofs sekonda fuq iċ-Champion renjanti Sebastien Vettel fuq Red Bull waqt li Valtteri Bottas fuq Williams se jkun qed jibda mit-tielet post ħdejn is-sewwieq l-ieħor tar-Red Bull Daniele Ricciardo.
Mit-tielet filliera se jkunu qed jibdew ir-rivali Fernando Alonso tal-Ferrari u Felipe Massa fuq il-Williams l-oħra.
Lewis Hamilton reġa’ sofra daqqa ta’ ħarta oħra għaċ-ċansijiet tiegħu li jirbaħ il-Kampjonat meta l-karozza tiegħu ħadet in-nar kimieni fl-ewwel kwalifika.
Is-sewwieq tal-Mercedes kien għadu ma rreġistrax ħin meta daħal lura fil-pits fejn waqaf nofs triq bil-karozza taqbad u ddaħħan hekk kif ġie ordnat mill-mekkaniċi jabbanduna l-Mercedes.
Dan ifisser li għat-tieni tiġrija kosnekuttiva, Hamilton se jkun qed jibda mill-aħħar postijiet u bla dubju se jkun qed ikompli jinqata’ minn ma’ sieħbu Rosberg fil-ġlieda għat-titlu.
Bħalissa Hamilton jinsab 14-il punt wara Rosberg u l-Ħadd se jibda mill-21 post jew mill-pit lane skont l-istrateġija li se jadotta t-tim u issa qed jittama li x-xita li hemm imbassra tista’ toħloq problemi lill-parteċipanti l-oħra u b’hekk ikollu ċans javanza.
Diżappunt ieħor għal Kimi Raikkonen tal-ferrari li kien eliminat fl-ewwel sessjoni ta’ kwalifika waqt li Kevin Magnussen tal-McLaren ukoll kien f’pożizzjoni favorevoli qabel sofra inċident ikrah meta bix-xita traxxax tilef il-kontroll tal-karozza sekondi biss wara li Rosberg evita inċident fl-istess post u spiċċa ħabat mal-barriera ta’ protezzjoni. Madnakollu Magnussen kiseb l-10 l-aħjar ħin.
//= $special ?>