Raġel inqatel u tnejn oħra ndarbu serjament wara li folla f’Kaliabazar fil-Bengal tal-Punent, ħebbet għalihom għaliex akkużathom li stupraw u mbagħad għallqu tifla ta’ seba’ snin.
Tul dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi każi ta’ stupri brutali ta’ bniet fl-Indja.
Il-vittma f’dan l-aħħar każ hi tifla li għebet wara li ħarġet tixtri. Wara li damet ma reġgħet lura, saret tfittxija għaliha u wara ftit instabet imdendla ma’ siġra. Għal xi raġuni s-suspetti waqgħu fuq saħħar lokali u żewġt iħbieb tiegħu, u dawn kienu attakkati mill-folla u d-dar tiegħu ngħatat in-nar.
Min-naħa l-oħra, il-Pulizija qalet li bejn ir-raġel li nqatel u l-familja tal-vittma kien hemm tilwima u qed issir investigazzjoni biex ikun magħruf x’ġara eżattament.
//= $special ?>
