Lokali

Toroq magħluqa għat-traffiku fil-jiem li ġejjin

Illejla 26 ta’ Lulju fid-21:00 sal-23:00 u għada mis-18:00 sad-21:00, se tkun magħluqa għat-traffiku Triq il-Kappillan Mifsud il-Ħamrun li twassal għal Triq Reġjonali. Il-karozzi li jkunu ġejjin min naħa ta fuq ta’ Triq Reġjonali se jkollhom jgħaddu minn Triq il-Ferrovija Birkirkara jew Triq il-Kappilan Mifsud, Ħamrun, u wara jinħarġu minn Triq Dun Karm, magħrufa bħala l-Bypass ta’ Birkirkara u wara jgħaddu għall-Imsida.

Triq Reġjonali se tkun magħluqa min naħa li tagħti għar-roundabout tal-iSkate Park Roundabout, fl-Imsida.

Se tkun magħluqa wkoll it-triq li twassal għall-Marsa/Hamrun Bypass minn Triq Aldo Moro l-Marsa u mhux Triq Aldo Moro kif tħabbar qabel, kif ukoll il-Marsa/Hamrun Bypass, li tagħmel ma’ Ħal-Qormi kif ukoll il-Bypass tal-Imrieħel li tagħti għall-Marsa.

L-karozzi ġejjin min naħa ta’ Triq in-Negozju u Triq il-Kaċċaturi Ħal-Qormi għall-Marsa/Hamrun Bypass se jkollhom jgħaddu minn toroq oħra.