Internazzjonali

36 persuna jinqatlu f’Benghazi

Mill-inqas 36 persuna nqatlu f’Benghazi fi ġlied qalil bejn truppi tal-Gvern Libjan u militanti wara li dawn tal-aħħar fetħu n-nar fuq it-truppi stazzjonati fiċ-ċentru tal-belt.

Skont l-aħħar rapporti, 23 persuna oħra inqatlu fi ġlied bejn milizzji rivali madwar l-ajruport ta’ Tripli. Sadanittant diversi pajjiżi komplew bl-evakwazzjonijiet taċ-ċittadini u l-istaff diplomatiku tagħhom.