Lokali

8 Franċiżi isofru grieħi ħfief wara li cabin cruiser taħbat ma’ sikka

8 Franċiżi soffrew ġrieħi ħfieħ il-bieraħ filgħaxija meta l-cabin cruiser li kienu fuqu ħabat ma’ sikka f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li l-inċident ġara għal ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija biswit Portomaso.

Dgħajsa li kienet fil-qrib immedjatament offriet assistenza medika lill-passiġieri tal-cabin cruiser sakemm wasal it-team tal-Forzi Armati.

Il-vittmi kienu meħuda lejn il-bajja ta’ Spinola fuq patrol boat tal-istess Forzi Armati fejn hemmhekk ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.