Quddiem ix-xokk tar-riżultat li għandu kanċer u wara li ngħata l-ewwel kura immedjata fir-Renju Unit, il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami juri kurraġġ, determinazzjoni u pożittivita biex jiġġieled il-kanċer fi spalltu u jibqa għaddej.
Il-każ tal-kanċer li rriżulta fuq Beppe Fenech Adami ta’ xokk lill-pajjiż kollu għall-fatt li l-Viċi-Kap tal-PN kien għaddej bil-ħidma politika kontinwa u b’diskorsi normali fil-Parlament.
Il-gazzetti il-Mument u The Times tkellmu ma’ Beppe Fenech Adami f’żewġ intervisti li fihom Beppe Fneech Adami jirrakonta x-xokk li ħadet il-familja Fenech Adami hekk kien magħruf li għandu bżonn il-kura u l-mod kif f’dawn l-ewwel ġranet Beppe Fenech Adami qed jffaċċja s-sitwazzjoni.
Beppe Fneech Adami jgħid li qabel it-tobba kkonerfmawlu li għandu kanċer hu kien iħoss biss qisu muskolu miġbud fi spalltu sakemm fit-18 ta’ Lulju li għadda, propju meta kien qed jipprepara biex mal-familja jmur jara l-kunċert ta’ Joseph Calleja, ordnawlu biex dak il-ħin stess imur għat-tieni MRI.
Hawn Beppe Fenech Adami nduna li kien hemm xi ħaġa ħażina għaliex it-tobba insistew li jmur dak il-ħin. Ir-riżultati kienu negattivi…Beppe Fenech Adami kellu tumur kbir. Minkejja dan ir-riżultat, Beppe Fenech Adami saq għall-kunċert ta’ Jospeh Calleja fejn kien hemm Anne, il-mara tiegħu. Fi ftit ġranet Beppe Fenech Adaami kien l-Ingilterra għall-ewwel trattament mediku.
Quddiem din l-istorja, Beppe Fenech Adami jiddikjara li se jibqa pożittiv u se jiġġieled. “Ma nibżax mill-operazzjoni…irrid nidħol għaliha, nagħmilha u nibqa għaddej. Anki jekk ma nafx hux se nirbaħ…se niġġildilha” isostni b’kurraġġ Beppe Fenech Adami
Bħalissa l-familja Fenech Adami qed tistenna direzzjoni mill-ispeċjalisti Ingliżi waqt li qed ikun stabbilit jekk it-tumur infirixx. S’issa l-indikazzjoni juru li t-tumur mhux mifrux iżda t-tobba jridu jagħmlu iktar eżamijiet.
Beppe Fenech Adami jispjega li f’dan l-istadju t-tobba huma kawti ħafna għaliex l-isfida hi li t-tumur jitneħħa u ma jkun hemm l-ebda traċċa tiegħu.
Iżda x’ se jkun l-element li jżomm lil Beppe Fenech Adami għaddej quddiem din l-isfida? Propju l-impenn politiku…l-impenn li jibqa jkun ta’ servizz għan-nies permezz tal-politika…..għalhekk Beppe Fenech Adami mhux jippjana li jirriżenja mill-kariga ta’ Viċi-Kap tal-PN għaliex jemmen li hi l-passjoni li għandu għall-politika li se żżommu għaddej f’dawn il-mumenti ta’ sfida.
//= $special ?>