Il-President Franċiż wiegħed li se juża l-mezzi kollha għad-disposizzjoni tal-pajjiż, inkluż dawk militari biex il-kadavri tal-vittmi tat-titjira tal-Air Algerie, li ġġarrfet fid-deżert tal-Mali, jinġiebu fi Franza.
118-il persuna tilfu ħajjithom meta l-ajruplan iġġarraf waqt titjira minn Burkina Faso lejn l-Alġerija l-Ħamis filgħodu. Kważi nofs il-passiġġieri, 54, huma Franċiżi. Il-kumplament tal-passiġġieri huma 27 minn Burkina Faso, 8 mill-Libanu, sitt Alġerini, ħames Kanadiżi, erba’ Ġermaniżi, 2 mill-Lussemburgu u passiġġier wieħed mill-Belġju, l-Eġittu, il-Mali, in-Niġeria, ir-Renju Unit, l-Iżvizzera u l-Ukrajna.
//= $special ?>

