Is-seed numru wieħed tal-Open ta’ Atlanta John Isner għadda għall-final għar-raba’ sena konsekuttiva meta fis-semi finali għeleb lil Jack Sock 7-5, 6-4. Sock hu l-plejer li normalment l-istess John Isner jitħarreġ miegħu.
Fil-final John Isner se jiltaqa’ kontra l-Iżraeljan Dudi Sela li fit-tieni semi finali ferm iktar kumbattuta għeleb lill-Ġermaniż Benjamin Becker 6-3, 3-6, 6-3. Fil-finali ta’ għada John Isner se jkun qed ifittex id-disa’ titlu tiegħu filwaqt li Sela li jokkupa l-94 post fir-rankings mondjali, se jkun qed ifittex l-ewwel titlu tiegħu.
Għal Sela din se tkun biss it-tieni finali tiegħu f’tournament ATP, bl-unika finali tiegħu tkun dik kontra Andy Roddick fl-Open ta’ Beijing fis-sena 2008.
//= $special ?>

