Mara fi Sierra Leone li kienet infettata bil-virus tal-Ebola u li ħarbet mill-isptar mietet ftit wara li tat ruħha b’idejha lill-awtoritajiet. Il-Ħamis li għadda il-familja tagħha ħarġuha mill-isptar bil-forza.
Il-każ ta’ din il-mara hu l-ewwel wieħed konfermat fil-belt kapitali Freetown fl-agħar epidemija tal-Ebola li ħakment il-Punent tal-Afrika għal diversi snin.
Sa issa iktar minn 660 persuna inqatlu minn dan il-virus li beda f’Guinea u infirex lejn il-Liberja u fis-Sierra Leone. Dan il-virus hu fatali f’90 fil-mija tal-każi.
//= $special ?>

