Fi stqarrija, l-Imam tal-Komunita’ Musulmana f’Malta Mohammed Elsadi esprima t-tħassib u d-dispjaċir għall-ħtif ta’ Martin Galea u kkundanna dan l-att bħala wieħed irresponsabbli u mhux ġustifikat.
Hu sejjaħ għal min qed iżomm lil Galea biex jeħilsuh immedjatament sabiex ikun jista’ jingħaqad mill-ġdid mal-qraba tiegħu.
L-Imam kompla li l-Maltin u l-Libjani dejjem għenu l-xulxin fi żminijiet diffiċli u l-Libjani huma grati tal-għajnuna ta’ Malta. Hu qal li hu ċert li dan kien inċident iżolat li mhux se jtappan ir-relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ popli.
//= $special ?>

