“Ħuti, ejja naraw li qatt ma’ jkun hemm aktar gwerrer. Il-ħsibijiet tiegħi huma fuq kollox dwar it-tfal li jiġu mċaħħda mit-tama’ ta’ ħajja diċenti; t-tfal mejta, t-tfal mweġġa, l-orfni, t-tfal li jilgħabu qalb l-armi tal-gwerra, t-tfal li ma jafux x’jiġifieri titbissem. Nitlobkom minn qalbi, ieqfu. Iż-żmien wasal, ieqfu. Nitlobkom ieqfu”.
Kien dan l-appell mqanqal ta’ Papa Franġisku meta kien qed jitkellem wara t-talba ta’ l-Angelus. Papa Franġisku fakkar kif id-dinja għada ser tkun qed tfakkar il-mitt anniversarju mill-bidu ta’ l-ewwel gwerra dinjija. Huwa ddeskriva l-jum ta’ għada bħala wieħed ta’ tifkira ta’ traġedja li wieħed għandu jitlob li ma’ terġa sseħħ qatt.
“Il-ħsibijiet tiegħu illum iduru dwar tlett żoni partikolari- l-Lvant Nofsani, l-Iraq u l-Ukrajna. Nitlobkom tkomplu titolbu miegħi sabiex Alla jgħati lin-nies u lill-awtoritajiet f’dawk ir-reġjuni l-għerf u għaqal meħtieġ sabiex jimxu fit-triq tal-paċi. Bil-gwerra kollox huwa mitluf iżda bil-paċi xejn ma hu mitluf” sostna l-mexxej tal-Knisja Kattolika.
//= $special ?>