Żgħażugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara sofra ġrieħi f’rasu meta ittajjar minn karozza tal-linja għal ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ wara nofs in-nhar fi Triq Mannarino. Iż-żgħażugħ jidher li ittajjar wara li niżel minn karozza sewda biż-żgħażugħ jidher li ma ndunax bix-xarabank.
B’riżultat tal-inċident il-ħġieġa ta’ faċċata tax-xarabank tkissret. Iż-żgħażugħ minkejja l-ġrieħi li ġarrab jidher li baqa’ konxju l-ħin kollu.
Sorsi li tkellmu ma’ Maltarightnow.com qalu li omm iż-żgħażugħ ukoll kellha titieħed l-isptar bix-xokk li soffriet.
Ix-xarabank minn naħa l-oħra kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena mill-Mosta.
Iż-żgħażugħ mhuwiex fil-periklu tal-mewt. Il-pulizija qegħda tinvestiga l-każ. Triq il-Wied f’Birkirkara ngħalqet għat-traffiku għal xi ħin.
//= $special ?>