TRASFERIMENTI LOKALI: Wara l-ispekulazzjoni li ħarġet minn dan il-ġurnal issa hi uffiċjali l-aħbar li l-midfielder ta’ Floriana Christian Caruana ingħaqad maċ-champions Valletta. It-trasferiment kien wieħed kemmxejn kumplikat minħabba li f’xi siegħat tal-bieraħ kien hemm possibilta` li Caruana jingħaqad ma’ Naxxar Lions.
Hekk kif it-trasferiment ta’ Caruana għal ma’ Valletta kien kważi konkluż, Naxxar ippreżentaw orrfeta u għall-bidu jidher li l-plejer ipprefera din l-offerta imma fl-aħħar mill-aħħar reġa’ għażel li jingħaqad ma’ Valletta. Caruana hu prodott tan-nursery ta’ Floriana u fil-Premier lagħab 187 darba u skurja 32 gowl.
//= $special ?>

