F’intervista ma’ MaltaRightNow.com, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal l-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici irrefera għall-ħtif ta’ ħaddiem Malti fil-Libja u qal li l-Gvern kellu jinforma lill- Oppożizzjoni b’din is-sitwazzjoni delikata u sensittiva.
Carm Mifsud Bonnici jitkellem ukoll dwar l-evakwazzjoni tal-Maltin mil-Libja u anke dwar l-esperjenza tiegħu bħala Ministru tal-Intern meta 3 snin ilu kien hemm l-evakwazzjoni ta’ eluf ta’ nies lejn Malta fil-gwerra ċivili fil-Libja.
L-intervista saret minn Charles Muscat.
//= $special ?>