Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għamel sejħa għal waqfien mill-ġlied f’Gaża. Dan wara li l-militanti Iżraeljani u Palestinjani baqgħu għaddejjin bil-ġlied minkejja li l-Ħamas kien ħabbar li se jkun hemm perjodu ta’ 24 siegħa ta’ waqfien mill-ġlied.
In-NU appoġġjat miżura ta’ perjodu ta’ waqfien mill-ġlied sakemm isiru diskussjonijiet dwar il-futur ta’ Gaża. Madankollu, ilbieraħ il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li l-Iżrael se jagħmel dak li hemm bżonn biex jiddefendi lin-nies tieghu. Dan fl-istess waqt li l-Iżrael ma waqqafx il-ġlied u l-Ħamas kompla jispara aktar rockets lejn l-Iżrael.
Fl-aħħar ġimgħat ta’ ġlied, hu stmat li nqatlu 1,030 Palestinjan u 45 Iżraeljan.
//= $special ?>

