Ħadd ma jidher li weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-7pm max-Xatt ta’ Ta’ Xbiex fl-Imsida hekk kif żewġ karozzi kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
Jidher li l-inċident kien ikkawżat minħabba staġnar u konġestjoni li nħoloq fl-inħawi, b’riżultat ta’ ħabta oħra li seħħet dolgħodu ftit qabel nofsinhar.
MaltaRightNow tinsab infurmata li karozza li ħabtet ma’ arblu fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, l-Imsida għad ma tneħħitx minn fuq il-post, tant li tul il-ġurnata inħoloq traffiku kbir fl-inħawi.
Dan it-traffiku jidher li affettwa ħażin tant li issa żewġ karozzi kienu nvoluti f’inċident ieħor tat-traffiku.
//= $special ?>

