Il-Hepatites B u l-Hepatitis C huma żewġ mardiet meqjusa bħala qattiela siekta. Aktar minn 130 miljun persuna fid-dinja huma nfettati bil-marda tal-Epatite, b’medja ta’ persuna minn kull 12. It-28 ta’ Lulju hi propju l-ġurnata li fiha titqajjem aktar kuxjenza dwar din il-marda infettiva. F’pajjiżna, dan il-jum tfakkar permezz ta’ attività f’Tas-Sliema bit-tema magħżula għal din is-sena hi “Ahsibha sew. Ipprevjeni l-Epatite”.
Permezz ta’ dan il-messaġġ, qed tinħoloq aktar kuxejnza dwar il-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament, li hu ferm importanti biex jitnaqqsu l-kundizzjonijiet li jistgħu jikkawżaw kanċer u insuffiċjenza fil-fwied. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fassal fuljetti informattivi dwar l-Epatite, li jistgħu jinkisbu miċ-Ċentri tas-Saħħa, Sptarijiet u postijiet pubbliċi oħrajn.
//= $special ?>