Lokali

Jasal Malta pazjent ieħor mil-Libja – jinġieb bl-Air Ambulance

Aġġornata

Dan is-sit jinsab infurmat li l-pazjent bħalissa qiegħed fi triqtu b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei.

Aktar kmieni…

18:25 Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ftit tal-ħin ilu għadu kif tniżżel pazjent ieħor li inġieb mil-Libja. Dan huwa t-tielet wieħed li qed jinġieb Malta għall-kura minn mindu faqqa l-ġlied f’dan il-pajjiż.

Mal-pazjent Libjan kien hemm ukoll qarib tiegħu, li akkumpanjah fl-Air Ambulance.

Il-Libjan, li inġieb minn Tripli, se jingħata kura fl-Isptar Mater Dei.

Nhar is-Sibt li għadda twasslu f’Malta żewġ pazjenti oħra, li wieħed minnhom kien f’qagħda kritika. Il-pazjenti kienu qed isofru minn feriti ikkawżati minn sparar.