Futbol Sport Sport Ieħor

L-appell ta’ Suarez għal Awwissu

FUTBOL: Il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) se tkun qed tħabbar id-deċiżjoni dwar l-appell ta’ Luis Suarez fit-tieni ġimgħa ta’ Awwissu. Suarez ġie sospiż għal disa’ partiti mal-Urugwaj u għal erba’ xhur minn kull attivita` relatata mal-futbol minħabba li waqt partiti tat-Tazza tad-Dinja bejn l-Urugwaj u l-Italja gidem lid-difensur Taljan Giorgio Chiellini. Suarez appella minn din id-deċiżjoni u b’hekk issa wieħed jistenna l-verdett tas-CAS.

Jekk il-CAS ma tilqax l-appell, is-sospensjoni tintemm fil-25 ta’ Ottubru. Jum wara, Suarez jista’ jiddebutta mal-klabb il-ġdid tiegħu Barcelona fil-logħba proprju kontra r-rivali Real Madrid.