Internazzjonali

L-Insara jaħarbu minn Mosul

L-IRAQ: Mijiet ta’ Nsara li jgħixu f’Mosul qed jaħarbu kif jistgħu wara li l-militanti Iżlamiċi tal-ISIS tawhom ultimatum.

Tawhom tliet għażliet. Jew jaqilbu għall-Iżlam, jibdew iħallsu taxxa għaliex  huma Nsara, jew jaħarbu. Jekk ma jagħmlux dan, kienu se jinqatlu.

Mosul hi l-bażi ewlenija tal-Istat Iżlamiku li kien dikjarat mill-militanti Iżlamiċi wara li sitt ġimgħat ilu taw bidu għal offensiva.

Qabel ma nħareġ l-ultimatum kien stmat li f’Mosul kien għad fadal madwar 25,000 Nisrani imma issa aktarx lanqas fadal 1,500 peress li ilhom ikunu fil-mira. L-organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar is-Sibt qalet li huma jafu b’200 familja li kienu ħarbu. Yonadam Kanna, l-aktar politiku Nisrani prominenti fl-Iraq, qal li dak li qed isseħħ hu tindif etniku.

Ritratt: Arkivji