Lokali

Raġel jinqeleb bil-karozza fi Triq Aldo Moro

Raġel ta’ 53 sena minn Marsaskala weġġa’ wara li kien nqeleb bil-vettura fil-Marsa. Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45pm, meta r-raġel kien qed isuq il-vettura tiegħu, tat-tip Honda, fi Triq Aldo Moro.

Mhux magħruf x’wassal biex il-vettura spiċċat rasha ‘l isfel, għalkemm ma jirriżultax li din kellha xi mpatt ma’ vettura oħra. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-Pulizija sakemm Ambulanza waslet fil-post u ħaditu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-kundizzjoni ta’ saħħet ir-raġel għadha mhux magħrufa.