Lokali

Tfajla fil-periklu tal-mewt wara li ttajjret minn xarabank f’San Pawl il-Baħar

Tfajla ta’ 17-il sena tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li ttajjret minn xarabank f’San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm, meta t-tfajla, li hi minn San Ġwann, ittajjret mix-xarabank misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lit-tfajla. Hi ttieħdet l-Isptar għall-kura, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi u li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ, filwaqt li esperti nħatru biex jassistu f’Inkjesta Maġisterjali.