IL-PAKISTAN: Tifla ta’ seba’ snin u oħtha iżgħar minnha nqatlu flimkien ma’ nannithom minħabba ritratti li tpoġġew fuq Facebook.
Il-każ seħħ f’Gujranwala. Il-vittmi ma kinux dawk li poġġew l-informazzjoni fuq Facebook imma kienu parti minn setta reliġjuża li titqies bħala eretika mill-Musulmani fil-Pakistan, l-Ahmadi. U kien żagħżugħ minn din is-setta li fil-fatt poġġa materjal li xi Musulmani f’Gujranwala li ma qablux minnu. Għalhekk, folla ta’ madwar 150 persuna marru l-għassa biex jagħmlu rapport li kien sar insult lir-reliġjon Iżlamika. Imma hekk kif il-Pulizija kienet qed tipprova tkellem lill-folla, folla oħra bdiet tattakka lill-membri tal-Ahmadi.
Skont il-Pulizija, il-vittmi kienu fgati filwaqt li kien hemm mara tqila li korriet waqt il-vjolenza.
Akkużi li xi ħadd insulta lill-Iżlam fil-Pakistan spiss jintużaw bħala rikatt jew tpattija u mhux l-ewwel darba li nies spiċċaw inqatlu minħabba f’hekk.
Ritratt: Arkivji
//= $special ?>

