Lokali

“Bżonn li l-Partit Nazzjonalista jkompli jġedded il-politika tiegħu”: Ann Fenech

Wara li l-ġimgħa li għaddiet il-Partit Nazzjonalista ħabbar li waqqaf għaxar policy fora bil-għan li titfassal il-politika f’għaxar oqsma differenti għall-iżvilupp tal-pajjiż u ħajja aħjar għall-individwu, dan l-istazzjon tkellem mal-President tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech.

L-għaxar policy fora huma: Vizjoni fit-tul għal pajjiżna, Ekonomija u Xogħol, Politika Soċjali, Edukazzjoni, Saħħa, Ambjent u Agrikoltura, Kultura u Kreattivita’, Ġustizzja u Intern, Affarijiet Ewropej u Barranin u Għawdex.

Ann Fenech spjegat li t-twaqqif ta’ dawn il-policy fora jsegwu tiġdid ieħor fil-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sena fosthom bit-twaqqif ta’ kummissjonijiet u fergħat ġodda fil-partit.

Hi tkellmet ukoll dwar l-bżonn li l-Partit Nazzjonalista jkompli jġedded il-politika tiegħu filwaqt li jiffaċċja l-isfidi b’integrita’ u b’umilta’.