Mara mill-Indonesja li kienet taħdem bħala “Care-Worker” m’anzjan f’Tas-Sliema qed tallega li ttieħdilha l-passaport u ma kienitx qed tiġi trattata sew minn iben l-anzjan, li anke ma kienx iħallasha tressaq il-Qorti.
Harish Daswani ta’ 38 sena, mwieled San Ġiljan, u ta’ oriġini Indjana ġie mixli bi traffikar ta’ persuni quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. Huwa ġie mixli wkoll b’esplojtazzjoni ta’ ħaddiema, li hedded lil mara u li kiser il-liġijiet tax-xogħol.
Mill-provi rriżulta li l-mara, Oriance Kelin, inġiebet Malta permezz ta’ aġenzija li timpjega n-nies u din kienet intbagħtet biex tieħu ħsieb missier l-akkużat. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sylvana Briffa qalet li l-vittma kienet persegwitata, bil-passaport jittieħed lilha u l-paga miżmuma.
Ingħad ukoll li kienet qed tiġi mhedda kontinwament u kienet qed tkun imbeżża li se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha fuq perjodu ta’ diversi xhur. Daswani qed jiċħad l-akkużi kollha miġjubin kiontrih u ngħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €5,000. Għalih deher l-Avukat Roberto Montalto.
//= $special ?>