Il-winger ta’ Bayern Munich Julian Green qal li jinsab lest li juri xi jsarraf fil-Bundesliga.
Green iddebutta mal-eks Champions Ewropej f’Novembru kontra CSKA Moscow meta daħal fit-88 minuta fl-uniku ħin li lagħab mal-ewwel tim tal-kbar.
Issa, b’Bayern jippreparaw ħalli jagħmlu assalt fuq ir-rebħ tat-tielet titlu domestiku konsekuttiv, l-internazzjonali Amerikan Green qed jiddikjara li lest jissielet għal post fit-tim ta’ Pep Guardiola.
Green li għandu 19-il sena sar l-iżgħar plejer Amerikan li qatt skorja f’finali tat-Tazza tad-Dinja meta skorja fil-ħin barrani tal-logħba mill-aħħar 16 kontra l-Belġju fl-ewwel ballun li mess it-turnament.
Issa ż-żagħżugħ irid jibdel il-forma internazzjonali tiegħu fix-xena domestika hekk kif qed jipprova jikseb post regolari fl-iskwadra.
“Irrid biss nuri lill-kowċ u lit-tim li kapaċi ngħinhom. Jekk jiġi ċ-ċans se nagħmel ħilti kollha. Qed nistenna ċ-ċans u r-relazzjoni tiegħi ma’ Guardiola hi tajba ħafna. Inħoss li għandu fiduċja fija u importanti ħafna għal plejer żagħżugħ li jkollu l-fiduċja tal-kowċ Issa irrid inħallas lura tal-fiduċja li wera fija.”
Green qal li m’għandu l-ebda ħsieb li jitlob li jkun misluf mill-Allianz Arena u jrid jibqa’ ma’ Bayern Munich.
L-eks internazzjonali :ermaniż ta’ taħt id-19-il sena li għażel li jilgħab għall-Istati Uniti, probabbli se jkollu ċans juri x’isarraf f’pajjiżu meta Bayern jilagħbu kontra Chivas Guadalajara fi New York il-Ħamis.
Sydney FC li nfirdu minn ma’ Del Piero fi tmiem l-istaġun li għadda, wkoll kienu qed ifittxu attakkant internazzjonali.
//= $special ?>

