Il-Partit Nazzjonalista sellem u feraħ lil dawk il-persuni li ħadmu kemm felħu biex Martin Galea ġie meħlus mil-Libja u rritorna lura Malta qawwi u sħiħ. Fi stqarrija, il-PN irringrazzja b’mod speċjali lill-Konslu Malti fil-Libja Marisa Farrugia, li fi kliem Martin Galea nnifsu “salvatlu ħajtu”.
L-istqarrija qalet li l-PN hu nfurmat li fl-operazzjoni biex Martin Galea nħeles, kien hemm involuti wkoll numru ta’ persuni Libjani, li huma viċin ta’ pajjiżna. Dawn il-persuni għamlu ħafna xogħol minn wara l-kwinti u, lil dawn ukoll, il-PN irringrazzjahom għall-ħidma tagħhom f’dan il-mument diffiċli.
Il-PN awgura lil Martin Galea mistrieħ u li jirritorna lura għall-ħajja normali tiegħu wara l-esperjenza li għadda minnha.
//= $special ?>