Sitta mit-tmien fenders tal-cabin cruiser Bertie S li nkalja mas-sikka fil-Merkanti Reef, ‘il barra mid-Dragonara f’San Ġiljan nhar is-Sibt li ghadda nsterqu. Dan minbarra li sitt kartieri tal-flus li kellhom il-Francizi abbord il-Cabin Cruiser baqghu ma nstabux.
Dan kien ikkonfermat lil dan l-istazzjon minn Jeannot Kuenzel, l-instructor tal-ghads Germaniz li jghix f’Malta u li flimkien mat-tfal tieghu Patricia Camilleri kienu l-ewwel nies li marru fil-post tal-inċident.
Hemm huma sabu lil tmien Francizi li kienu abbord u spiccaw fil-bahar bl-impatt, jinġarru mal-kurrent lejn id-Dragonara u jsofru minn griehi kkawzati mal-ħabta mas-sikka.
Wara li ngħataw l-ewwel assistenza minn jean u Patricia, fuq il-post waslu l-Melita I u l-Patrol Boat P21 tal-Forzi Armati li wasslu lill-Franċiżi lejn il-bajja ta’ Spinola fejn kien hemm ambulanza li ħadet lill-persuni lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Jeannot tqabbad mis-sid tal-cabin cruiser biex jirkupra l-affarijiet personali tal-Francizi. Fil-kummenti li ta lil dan l-istazzjon nhar il-ħadd li għadda, ftit qabel ħareġ biex jirkupra l-oġġetti personali tal-Franċiżi, Jean kien diga’ esprima t-tħassib tiegħu dwar il-possibilta’ li xi oġġetti personali kienu nsterqu. Dan għaliex matul il-ġurnata tal-Ħadd kienu ħafna l-bċejjeċ tal-baħar li dehru qrib il-cabin cruiser inkaljat mas-sikka.
Madankollu mhux kollox insteraq u Jean irnexxielu jirkupra t-telefons cellulari kollha, b’kollox sebgħa, żewġ kartieri, camera go pro, tablet, GPS u l-boxxla tal-cabin cruiser kif ukoll 60 ewro fi flus kontanti.
Iktar tard il-Ħadd saret ukoll ħidma biex il-cabin cruiser inqala’ minn mas-sikka u ttella’ l-art – operazzjoni delikata li bdiet għall-ħabta tas-sitta ta’ wara nofsinhar.
//= $special ?>