Futbol Sport

Klabbs Awstraljani jridu lil Ronaldinho

Klabbs Awstralajni huma nteressati fil-leġġendarju Brażiljan Ronaldinho wara li tħabbar li l-midfielder offensiv kien se jitlaq lil Atletico Mineiro.

Il-plejer ta’ 34 sena, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2002 ilu ma’ Atletico sa mill-2012 imma l-kowċ Levir Culpi qal li l-playmaker ta’ talent kien se jitlaq.

L-aġent tal-plejer Lou Sticca li għen biex l-eks captain ta’ Juventus Alessandro del Piero jmur jilgħab fl-A-League, qal li kien possibli li l-eks plejer ta’ Barcelona u Milan ukoll jista’ jimxi fuq l-istess passi.
“Diġa` saru xi telefonati u issa sta għall-A-League li jagħmlu l-mossa tagħhom. Kollox hu possibli u hu l-plejer eżatt li għandna nġibu hawn.”

Numru ta’ klabbs madwar id-dinja żgur se jkunu nteressati fis-servizzi tal-aħjar plejer tal-FIFA għal sentejn u Sticcas jemmen li l-istil ta’ ħajja fl-Awstralja hu favur l-A-League.
“Tkun fruntiera ġdida. Żgur li jħobb l-istil ta’ ħajja u l-mod kif il-partitarji jirrispettawh. Hu plejer magħrud mad-dinja kollha u jaf jagħti wkoll spettaklu.”

Melbourne City huma fuq quddiem nett għall-firma ta’ Ronaldinho hekk kif qed jippruvaw isibu l-plejer ta’ fama tagħhom.