Lokali Qorti

Kumpanija titlob €1.9m mill-eredi ta’ dak li kien id-Direttur tagħha

Il-Qorti Ċivili aġġustat it-termini għal mandat ta’ qbid fil-konfront tal-eredi tal-industrijalist Adrian Bajada, illum mejjet. Il-kumpanija Multi Packaging Ltd. li tagħha Adrian Bajada kien Direttur, ippreżenta mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-familjari tiegħu għas-somma ta’ €1.9 miljun.

Mary Rose Pace f’isimha u f’isem iż-żewġ uliedha qegħdin jintalbu biex jikkonfiskaw tas-somma ta’ €1,940,661, liema fondi, skont l-istess kumpanija ġew miżappropjati u meħuda llegalment minn Bajada meta dan serva bħala Direttur.

Il-flus jirrigwardjaw depożiti u propjeta, bil-mara u uliedha jgħidu li l-mandati m’għandhomx jibqgħu fis-seħħ, fis-sens f’dak li jirrigwardja l-assi ta’ Bajada, anke jekk stħarriġ intensiv kien sar hekk kif il-kumpanija kienet għamlet l-allegazzjonijiet tagħha wara li Bajada miet.

Irid jiġi assikurat jekk Bajada kienx qed jagħmilha ta’ persuna li kien qed jieħu f’idejh ir-responsabbilita’ tal-kumpanija anke fuq oqsma ta’ evażjoni ta’ taxxa u dan peress li hija xi ħaġa impossibbli li wieħed jappropju ruħu minn ammont kbir ta’ flus għalih, mingħajr ħadd ma jinduna.

Mary Rose Pace qalet ukoll li u ulieda, bħala werrieta ta’ Bajada baqgħu xorta waħda ma aċċettawx il-wirt. Madankollu l-mandat ta’ inibizzjoni li għamlet il-kumpanija pparaliżża l-ħajja tal-mara u ż-żewġ uliedha fejn la jistgħu jużaw karti ta’ krediti jew faċilitajiet bankarji.

Dawn qegħdin jgħidu wkoll li lanqas għandhom aċċess għall-fondi personali tagħhom jew li jużaw il-polza tas-sigurta’ medika li għandhom. Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha qalet li d-drittijiet tal-kumpanija kienu kkunsidrati fi stadju preliminary waqt il-proċedura tal-mandati, bil-Qorti taqbel mad-deċiżjonijiet.

Filwaqt li studju aktar dettaljat għandu jsir minn xi Qorti meta jiġu kkunsidrati bir-reqqa it-talbiet tal-kumpanija, l-Qorti qalet li trid iżżomm il-bilanċ bejn iż-żewġ partijiet. L-ammont li qed titlob il-kumpanija huwa wieħed diffiċli li tiġi evitata l-inkonvenjenza lil dawk affettwati bil-mandati.

Madankollu l-ammonti li għandhom l-omm u uliedha huma żgħar, li ftit hemm ċans li jaffettwaw kif se jispiċċa l-każ. Huwa minnu, li l-partijiet qablu liu l-assi personali għandhom jittieħdu mill-mandati.

Għalhekk kollox għandu jibqa’ f’postu għalissa, bil-Qorti tilqa’ t-talba li l-kontijiet personal tal-eredi u l-polza tas-sigurta’ tas-saħħa jinħallu u jistgħu jintużaw.