Edukazzjoni Lokali

L-edukazzjoni tibqa’ prijorita’ għall-PN

Il-PN jibqa’ determinat li l-edukazzjoni tkun priorita fil-politika tiegħu kif dejjem kienet kull meta kien fil-gvern u kull meta wettaq proġetti ewlenin li minnhom qed jibbenefikaw l-istudenti.

Dan sostnih il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta flimkien ma’ delegazzjoni tal-Partit iltaqa’ mal-Kunsill tal-Istudenti Universtarji. Id-delegazzjoni tal-PN kienet tinkldui lid-Deputati Nazzjonalisti Joe Caassar, Ryan Callus u Robert Cutajar u Matthew Agius, il-President tal-MŻPN.

Il-Kap tal-PN qal li l-PN ippreżenta numru ta’ proposti fl-edukazzjoni fil-kuntest tal-finanzjament mill-UE sas-sena 2020 li jinkludu proġetti fil-kultura u l-arti, it-teknoloġija tal-informatika, ftuħ ta’ MCAST f’Għawdex u tagħlim tul l-ħajja. Dan flimkien mat-tisħiħ tal-kultura ta’ impenditorija fost iż-żgħażagħ.
Filwaqt li qal li l-Gvern qed iwettaq element ta’ kontinwita fil-politika tiegħu fl-edukazzjoni, il-Kap tal-PN sostna li l-kwistjoni tad-demwien biex bdew jinħarġu r-riżultati tal-istudenti kienet żelqa mill-Gvern li ġabet lill-istudenti fin-nofs bejn entitajiet.

Simon Busuttil kkritika wkoll lill-gvern dwar l-Avviz Legali 76 li permezz tiegħu l-awtoritajiet jiksbu informazzjoni dwar l-istudenti.

Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern daħaq biż-żgħażagħ ta’ 16-il sena meta qallhom li kien se jtiehom il-vot ta’ 16-il sena fil-kunsilli lokali iżda mbagħad se jneħħi l-elezzjonijiet li jmiss tal-kunsilli lokali biex b’hekk iż-żgħażagħ se jivvutaw ta’ 21 sena f’dawn il-kunsilli.

Il-President tal-KSU Gayle-Lynn Callus qal li l-istudenti jirrikonoxxu l-ħidma li saret fil-passat biex illum l-istudenti għandhom il-kwalita u l-livell ta’ edukazzjoni li jgawdu. Hu qal li l-istudenti huma letsi wkoll li jagħtu lura lill-pajjiż dak li huma jkunu bbenefikaw minnu tul il-perjodu ta’ tagħlim u taħriġ li huma jkun u ħadu. Il-President tal-KSU sostna li l-istudenti jemmnu li fl-edukazzjoni m’għandhiex tiddaħħal politika.