Futbol Sport

Montella u Garcia jistennew bil-ħerqa l-ewwel sfida

L-ewwel round ta’ partiti mis-Serie A se joffri ġewġ konfronti li wieħed m’għandux jitlef u l-kowċis involuti qed jistennew bil-ħerqa din l-isfida.

Il-programm tal-kampjonat kien preġentat uffiċjalment it-Tnejn fejn mill-ewwel ġurnata tal-2014-15 hemm ġewġ partiti li jispikkaw mill-ewwel. Roma jilqgħu lil Fiorentina u Lazio jmisshom għand Milan.
L-isfida bejn Roma u Fiorentina tidher waħda nteressanti bil-klabbs jispiċċaw fit-tieni u r-raba’ post rispettivament l-istaġun li għadda u għandhom jerġgħu jkunu fost l-isfidanti.

U għalkemm il-polza kabbret ir-riskju li Rudi Garcia jew Vincenzo Montella se jkunu qed itemmu l-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu b’diġappunt, ħadd mill-kowċis ma jidher diġappuntat bil-polza.
“Il-verita` hi li qatt ma nkunu nafu qabel il-logħba jekk il-kalendarju hux poġittiv jew le għalina. Nista’ ngħid li fuq il-karta hi logħba kbira kontra Fiorentina għaliex tista’ tkun konfront mill-isbaħ,” qal Garcia.

Għal Montella l-logħba se tieħu sinifikat akbar għaliex se tkun kontra l-klabb fejn lagħab għal parti kbira mill-karriera tiegħu.

“Li se nibdew kontra Roma hu impenn iebes imma motivazzjoni oħra għalina,” qal Montella.

Waqt li Milan (fit-tmien post) u Lazio (fis-seba’ post) spiċċaw l-isfel minn Roma u Fiorentina fil-klassifika, il-konfront se jkun interessanti wkoll għaliex it-tnejn qed jippruvaw ipattu għad-disfatta li kellhom is-sena l-oħra.

Il-kowċ il-ġdid ta’ Milan Filippo Inzaghi kien kuntent li fl-ewwel tliet rounds se jkollhom ġewġ partiti f’darhom imma rrimarka l-fatt li se jkunu partiti diffiċli kontra timijiet li spiċċaw fl-ewwel nofs tal-klassifika l-istaġun li għadda, Lazio, Parma (fis-sitt post) u ċ-Champions renjanti Juventus.

“Hu bla dubju bidu mpenjattiv u importanti għall-istaġun. Se nippruvaw nibdew fuq sieq tajba. Il-fatt li se nilagħbu ġewġ partiti minn tlieta f’San Siro jista’ jkun vantaġġ,” qal il-kowċ ta’ 40 sena.
Imma l-kowċ ta’ Lazio Stefano Pioli ma jidhirx li ħa gost li se jkollu jmur f’San Siro.

“Hi bidu eċċitanti. Irridu naħdmu iebes biex naċċertaw li naslu lesti għall-isfida. Dejjem diffiċli li tiġġudika l-kalendarju għaliex waħda wara l-oħra rridu nilagħbu kontra kulħadd. Importanti li nkunu fl-aqwa kundizzjoni sa mill-bidu nett.”