Mhux l-istejjer tal-ivvjaggar kollha għandhom tema tal-waħx. Mijiet ta’ turisti li qed jivvjaġġaw ma’ Air New Zealand kellhom iqattgħu jumejn aktar milli previst fuq il-Gżira ta’ Hawaii fl-Istati Uniti wara li l-ajruplan Boeing 767 żviluppa difett tekniku u kellu jagħmel inżul ta’ malajr.
Minkejja diversi tentattivi biex l-ajruplan jitlaq lejn Auckland, fi New Zealand, it-tekniċi ta’ Air New Zealand ma rnexxilhomx isolvu fil-ħin il-problema. Għaldaqstant, il-linja tal-ajru talbet apoloġija bla riservi lill-passiġġieri u offritilhom kumpens fi flus.
//= $special ?>

