Internazzjonali

Ukrajna: Mistenni ftehim fl-UE għal sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja

L-Unjoni Ewropea mistennija tasal fi ftehim dwar sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja minħabba l-kunflitt fl-Ukrajna. Fil-mira se jkunu s-setturi tal-Finanzi, l-Enerġija u d-Difiża. Numru ta’ individwi b’karigi għolja u entitajiet Russi huma diġà suġġett għas-sanzjonijiet tal-UE minħabba l-allegat rwol li għandhom fil-kriżi tal-Ukrajna.

Saru talbiet lill-UE biex taġixxi mmedjatament fil-konfront tar-Russja, fid-dawl tal-inċident li seħħ b’rabta mat-titjira MH 17. Min-naħa tiegħu, il-President Amerikan Barack Obama saħaq li r-Russja vvjolat Trattat dwar il-Missili Nukleari tal-1987, li kien jistipula li missili li jwasslu bejn 500km u 5,500km ikunu pprojbiti.