Wara proċess delikat li ħa madwar disa’ xhur, il-Wildlife Rescue Team ta’ Nature Trust Malta telqu żewġ fkieren tal-baħar lura fl-abitat naturali tagħhom. L-akbar fekruna mit-tnejn hi Monster, li tiżen 47kg. Hi kienet iddaħħlet f’pajjiżna b’ganċ imqabbad ma’ ħalqha u nylon fl-intestini tagħha. Dan wassal għal operazzjoni delikata li ħadet tmien xhur.
Il-fekruna l-oħra, Neil, għandu tmien snin u kien ingħadda f’idejn Nature Trust minn sajjied li sab il-fekruna miksija żejt ħdejn Hurd Bank. F’dan il-każ, kien hemm bżonn seba’ xhur ta’ riabilitazzjoni għax Neil kien dgħajjef ħafna minħabba li kien ilu żmien ma jiekol. Il-ħelsien lura fil-baħar ta’ dawn iż-żewġ fkieren saret fit-8.30am tal-lum fil-Bajja tad-Dragonara f’San Ġiljan.
Il-ħelsien tal-fkieren saret bħala parti minn programm ta’ riabilitazzjoni minn Nature Trust Malta. Sa mill-bidu ta’ dan il-programm fl-1999, ġew salvati aktar minn 140 fekruna.
//= $special ?>