Internazzjonali

Zhou Yongkang qed ikun investigat

L-eks kap tas-sigurta’ Ciniz Zhou Yongkang qed ikun investigat b’suspett ta’ vjolazzjoni dixxiplinarja. Yongkang kien responsabbli mill-Ministeru tas-Singurta’ Pubblika u kien membru ewlieni tal-Kumitat Politburo Standing Committee li fost oħrajn huwa responsabbli mid-deċizjonijiet dwar sigurta’ tal-istat Ċiniz.

Dan huwa l-iktar uffiċjal għoli Ċiniz li qed ikun investigat sa mill-Gang of Four fit-tmeninijiet, li fost oħrajn inkludew il-mara mal-mexxej Mao Zedong.