Ukren ta’ 36 sena, li jaħdem bħala baħri ammetta quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li kellu fil-pussess tiegħu pistola meta kien fil-konfini tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Huwa ġie mmultat mill-Qorti wara li qieset l-ammissjoni tiegħu.
Oleksander Halkin ammetta li nhar it-Tlieta 29 ta’ Lulju, kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar kif ukoll li importa l-istess arma. Fil-ħin li ammetta huwa deher jibki. Il-pistola nstabet fil-bagalja tiegħu waqt li din kienet qed tiġi iċċekkjata mill-magna tal-‘X-ray’.
Halkin ġie mmultat €700 talli kellu fil-pussess tiegħu l-arma u lliberat bil-kundizzjoni li ma jagœmilx reat ieħor fi ]mien sitt xhur fuq l-importazzjoni tal-arma. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro waqt li għal Halkin deher l-Avukat Mark Zammit Cutajar.
//= $special ?>
