Internazzjonali

Ċittadini Franċiżi u Ingliżi evakwati mil-Libja għan-nofsinhar ta’ Franza

Kelliem għall-Gvern Franċiż ħabbar li grupp ta’ ċittadini Franċiżi u Ingliżi ġew evakwati mil-Libja b’vapur, għalkemm ma tax dettalji dwar l-ammont ta’ persuni evakwati. Il-vapur mistenni jwassal lil dan il-grupp ta’ persuni lejn in-naħa ta’ isfel ta’ Franza.

Qed jiġi rrappurtat li kien hemm madwar 40 ċittadin Franċiż, inkluż l-Ambaxxatur Franċiż, kif ukoll seba’ Ingliżi li ġew evakwati. Qed jiġi rrappurtat ukoll li l-Ambaxxata Franċiża fil-Libja ngħalqet b’mod temporanju.

Sadanittant, il-militanti Iżlamiċi f’Benghażi rnexxilhom jieħdu kontroll ta’ bażi ewlenija tal-Armata Libjana.