Il-kumpanija Farsons nediet online l-ewwel filmat tal-Beer Festival, li jagħti idea tad-divertiment u l-preparamenti marbutin ma’ dan il-Festival. Kap tal-Business Support tal-kumpanija Michael Farrugia qal li l-Beer Festival hu mimli sfidi u x-xogħol fuqu jibda minn madwar sena qabel. Dan jirrekjedi evoluzzjoni kontinwa u livell għoli ta’ teamwork, kif ukoll kollaborazzjoni mill-qrib ma’ għadd ta’ fornituri.
Farrugia qal li permezz ta’ dan il-filmat, il-kumpanija xtaqet turi l-appell popolari tal-Festival, iżda wkoll ċelebrazzjoni tal-atmosfera u l-esperjenza unika li wieħed isib. Il-filmat inġibed minn Pineapple Media & Film, bil-kollaborazzjoni ta’ BPC.
Il-Farsons Beer Festival qed isir fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd li ġej. Kuljum jibda fit-8pm u d-dħul hu mingħajr ħlas, filwaqt li hemm ukoll spazju għall-parkeġġ. Il-programm illejla jkompli bil-gruppi Alfiero, MRM presents Pink Floyd, 12th Ode, Fire u Cable 35.
Destiny, Gaia, Firelight, Cosmic Erotic, A Day too Late, u No Snow No Alps se jkunu qed idoqqu għada filgħaxija, filwaqt li l-Ġimgħa l-viżitaturi se jkunu jistgħu jisimgħu lil Claudia Faniello & Band, Airport Impressions, 50 Shades of Green u Rug.
//= $special ?>