Hekk kif dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks Ministru Nazzjonalista Alexander Cachia Zammit, MaltaRightNow.com tkellem ma’ diversi persuni li ħadmu mill-qrib mat-Tabib Sandy, kif kien magħruf.
Għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, Sandy kien pilastru tal-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tiegħu, il-President Emeritus, eks Prim Ministru u eks Kap tal-PN Eddie Fenech Adami qal li Cachia Zammit kien bniedem popolari u maħbub minn kulħadd.
Eddie Fenech Adami fakkar ukoll fil-ġuri li għadda Sandy Cachia Zammit flimkien ma’ ħuh wara l-elezzjoni ġenerali tal-1971. Anke l-President Emeritus u eks Ministru Nazzjonalista Ugo Mifsud Bonnici fakkar lil Cachia Zammit u qal li kien bniedem ta’ fibra kbira.
MaltaRightNow.com tkellem ukoll ma’ Sergio Grech, li dan l-aħħar kien qrib ħafna ta’ Sandy Cachia Zammit u li kien l-awtur tal-ktieb “It-Tabib Sandy”. Dan il-ktieb hu bijografija ta’ Cachia Zammit.
//= $special ?>