Skont il-ligi, il-Prim Ministru jista’ jipposponi elezzjoni sa sena jekk f’dik is-sena tkun se ssir elezzjoni ġenerali jew elezzjoni tal-Parlament Ewropew u dan biex l-elezzjonijiet jkunu jistgħu isiru fl-istess ġurnata.
Imma l-Prim Ministru m’għandux permess, sakemm ma jbiddilx il-liġi, li jcaħħad lin-nies fi 22 lokalita` fosthom il-Birgu, l-Isla, Ħal Qormi, il-Furjana, San Ġiljan, Ħal Balzan, is-Siġġiewi u Ħ’Attard milli jitgħu il-vot tagħom fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li kellhom isiru s-sena d-dieħla.
L-opinjonista Martin Scicluna qal dan f’artiklu li kiteb fit-Times of Malta f’artiklu intitolat Representative democracy.
Martin Scicluna qal li jekk il-Prim Ministru jemenda l-liġi biex jipposponi l-elezzjonijiet lokali għal ħames snin oħra ikun qed joħloq preċident u jkun qed jidher bħala abbuż elettorali tal-poter u dan b’detriment tal-aspettazzjonijiet demokratiċi leġittimi skont il-liġi ta’ madwar mitt elf ċittadin.
Hu qal li hu ħażin għal kull gvern li jbagħbas ma kull proċess elettorali mingħajr ma jara l-konsegwenzi u mingħajr ma jara l-alternattivi u mingħajr kunsens nazzjonali.
Martin Scicluna qal li dan mhux iż-żmien li l-Gvern jaġixxi unilateralment biex jibdel il-liġi tal-Kunsilli Lokali jew għal Gvern u l-Oppożizzjoni li jidħlu fi kwistjoni dwar id-dritt tan-nies li jgħixu f’nofs il-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex li jeżerċita il-vot demokratiku fiż-żmien stipulat bil-liġi.
Martin Scicluna jirreferi wkoll għad-diskors qawwi tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Bsuttil fil-Parlament li fih bir-raġun iddeplora kull attentat ta’ tbagħbis tal-istituzzjonijiet demokratiċi ta’ Malta. Dan b’referenza partikulari għal intenzjoni tal-Prim Ministru Muscat li jipposponi l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali b’ħames snin.
//= $special ?>