Internazzjonali Saħħa

Jikber il-paniku minħabba l-Ebola

Qed ikompli jikber il-paniku minħabba l-marda tal-Ebola, li qed tinfirex b’rata allarmanti fil-punent tal-Afrika. Dan qed iżid it-tħassib li nies infettati qed jitħallew jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fir-Renju Unit hemm allarm u ssejjħet laqgħa urġenti tal-Kabinett wara allarm falz ta’ persuna li waslet f’Birmingham min-Niġerja u li setgħet kienet infettata bl-Ebola.

Il-ġimgħa li għaddiet, kien hemm każ konfermat ta’ raġel li wasal f’Lagos bl-infezzjoni b’titjira mil-Liberja. Wara dan il-każ, l-International Civil Aviation Organisation ħabbret li dalwaqt tintroduċi restrizzjonijiet biex il-marda ma tkomplix tinfirex. Is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż Philip Hammond ikkonferma li l-Ebola issa kienet ta’ theddida wkoll għar-Renju Unit.