Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab maħsud bl-aħbar tar-riżenja ta’ Josef Formosa Gauci minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Din ir-riżenja żgur ma kinitx waħda mistennija, b’mod speċjali f’dan iż-żmien tas-sena meta t-turiżmu f’pajjiżna jkun fl-aqwa tiegħu.
Fi stqarrija f’isem il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Robert Arrigo, il-PN qal li l-ħidma ta’ Formosa Gauci fl-aħħar snin kienet waħda importanti ħafna biex is-settur tat-turiżmu seta’ jissaħħaħ u jikser rekord wara l-ieħor. Fl-istqarrija, il-PN irringrazzja wkoll lil numru ta’ persuni oħrajn li ħadmu u stinkaw kemm felħu fis-settur turistiku, iżda llum m’għadhomx jaħdmu f’dan is-settur.
Fost oħrajn hemm iċ-Chairman u l-membri tal-Bord tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), ħaddiema tal-MTA u anke il-85 ħaddiem tal-Air Malta li llum m’għadhomx jaħdmu mal-linja nazzjonali tal-ajru.
//= $special ?>