Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fir-rigward tal-attentat ta’ qtil ta’ Vince Muscat magħruf bħala “Il-Koħħu”. Malli daħal fl-awla, Muscat dar fuq Jonathan Pace ta’ 31 sena mill-Gudja u staqsieh għalxiex għamillu hekk u x’kien għamillu. Min-naħa tiegħu Pace ma weġbux
F’April li għadda Vince Muscat spiċċa ferut bi tliet tiri f’għonqu u f’idu, meta kien viċin ir-residenza tiegħu fl-Imsida.
Muscat fix-xhida tiegħu semma kif dakinhar tal-attentat fuq ħajtu, fis-7 ta’ April huwa kien sejjer lura d-dar għall-ħabta tal-11.30 p.m. wara li mar jieħu żewġ fliexken birra
Waqt li Vince Muscat magħruf bħala l-‘Koħħu’ kien qed jipparkja l-vann tiegħu barra r-resisdenza tiegħu l-akkużat Jonathan Pace ta’ 31 sena mill-Gudja saq il-fuq b’karozza meta f’daqqa waħda ‘it-Tyson’ ħareġ mill-karozza u beda jispara.
Pace kien liebes ‘hoodie’ f’rasu u maskla.
‘Il-Koħħu’ spjega kif, minkejja l-ġrieħi li kellu rnexxielu jsuq sa’ l-Għassa tal-Pulizija tal-lokal fejn talab għall-assistenza u qal lill-Pulizija li ried ipattiha lil min kien sparlu. Muscat qal li l-ewwel kliem li lissen fl-għassa kienu “inpattihilhom” u mbagħad talab lill-pulizija jċempel għall-ambulanza.
Ix-xhud sostna li kemm fl-għassa kif ukoll meta kien l-Isptar Mater Dei ġie mistoqsi jekk jafx minn sparalu imma huwa wieġeb li le għax beża li Pace jagħmel xi ħaġa lill-familja tiegħu.
Muscat dam bejn 16 u 18-il ġurnata l-isptar Mater Dei u għamel numru ta’ operazzjonijiet. Kawża tas-sitt tiri sparati lejh, spiċċa ma jarax minn għajnu x-xellugija u idu x-xellugija ma jistax jużaha. F’moħħu għad hemm balla li ma tistax titneħħa.
Muscat qal li m’għandu l-ebda idea x’kien il-mottiv tat-‘Tyson’.
Fil-ħin tal-kontro-eżami li sar mill-Avukat ta’ Pace, Giannella de Marco, Muscat qal li huwa kien ħabib tal-akkużat, tant li Ħadd qabel l-inċident kienu qegħdin jieħdu te flimkien id-dar tiegħu.
Huwa ġie mixli wkoll li fl-istess jum mill-istess tiri sparati, kkaġuna feriti gravi u debulizza permanenti fis-saħħa jew il-funzjoni ta’ xi parti tal-ġisem ta’ Muscat, kien ġie ċċertifikat mit-tobba tal-isptar Mater Dei.
Flimkien mal-Avukat Gianella de Marco hemm l-Avukat Joe Giglio jiddeffendi lill-akkużat. L-avukati Arthur Azzopardi u Kathleen Grima qegħdin jirrappreżentaw l-interessi tal-vittma, li qed jiġi ġie mixli wkoll li għamel ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor b’arma tan-nar fosthom fuq il-karozza ta’ Muscat tal-għamla Mitsubishi.
//= $special ?>
