Sport Waterpolo

San Ġiljan jsaħħu t-tieni post

Valletta McDonalds….10
San Ġiljan Allcare……14
(4-5),(0-2),(3-3),(3-4)

San Ġiljan Allcare saħħew it-tieni post meta meritatament għelbu lil Valletta McDonalds 14-10. B’hekk il-Ġiljaniżi fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Sliema u jinsabu żewġ punti taħt Neptunes. Valletta kellhom mumenti tajbin fil-partita iżda naqqsu li jieħdu vantaġġ minn ċertu sitwazzjonijiet li setgħu daħħluhom fil-partita. San Ġiljan kienu aħjar mill-avversarji u mexxew il-logħba bir-ritmu tagħhom. Għalihom spikka ż-żagħżugħ Kai Dowling b’erba’ gowls.

L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata b’San Ġiljan jirbħu s-sessjoni 5-4. Il-Ġiljaniżi komplew isaħħu l-vantaġġ u daħlu jistrieħu tlieta minn fuq. San Ġiljan komplew fil-kmand tal-logħba u saħansitra f’ħinijiet kienu ħamsa minn fuq iżda Valletta għamlu l-iskor 10-7. San Ġiljan komplew jamministraw il-partita sat-tmiem biex rebħu 14-10.

Valletta; R. Sciortino, R. Mock, M. Spiteri Staines, M. Korolija, N. Bonello Ghio, D. Abela, D. Paolella, C. Zammit (3), C. Debono (1), R. Scerri, M. Cordina, D. Filipovic (3), M. Rizzo (3)

San Ġiljan; D. Camilleri, C. Spiteri Debarro (1), A. Galea, B. Plumpton, K. Dowling (4), M. Zammit (1), A. Radovic (3), A. Bianchi (1), Ke. Galea, Z. Kovacic (1), P. Fava (1), D. Zammit (2), J. Sammut

Referees; Peter Balzan, Fabio Ricciotti

Partita bilanċjata
Sirens Ritter Sport…….10
Exiles Ferretti……………10
(3-1),(3-5),(1-3),(3-1)

Sirens Ritter Sport kisbu punt fl-aħħar mumenti meta spiċċaw 10-10 kontra Exiles Ferretti. It-tim ta’ Rath sa ftit minuti mit-tmiem kienu żewġ gowls żvantaġġ iżda Andrew Sammut irnexxilu jiskorja doppjetta biex salva punt. Exiles taw wirja qalbiena iżda batew fl-aħħar sessjoni meta tkeċċew bi tlett fawls Katonas u Kurt Griscti.

Kienu Sirens li rebħu l-ewwel sessjoni 3-1. Exiles wettqu rimonta u irnexxilhom jagħmlu l-iskor indaqs sat-tmiem is-sessjoni u saħansitra marru żewġ gowls vantaġġ fit-tielet sessjoni. Meta deher li Exiles kienu ser jiksbu rebħa Sirens irrispondew b’żewġ gowls fl-aħħar u salvaw punt.

Sirens; N. Grixti, Z. Mizzi, C. Presciutti (4), G. Pace, M. Grech, C. Kiss (2), D. Cutajar (2), J. Napier, E. Aquilina, L. Caruana, A. Sammut (2), M. Pisani

Exiles; I. Bugeja, J. Rizzo Naudi (1), S. Vassallo, D. Pace Lupi (3), G. Katonas (3), D. Borg, J. Spiteri Staines (1), K. Griscti, L. Sekulic (1), P. Borg (1), B. Lanzon, N. Paris, K. Lanzon
Referees; Mario Dalli, Luca Castagnola

Intant, wara l-inċidenti li kien hemm ġimgħa ilu bejn Sliema u Neptunes, Molnar ta’ Neptunes ġie sospiż sat-8 ta’ Awwissu. L-ASA ħabbret ukoll l-iskeda ta’ logħob riveduta:
Il-Ġimgħa l-1 ta’ Awwissu – I Div – Marsaxlokk v Ta’ Xbiex, Otters v M’Scala

Is-Sibt it-2 ta’ Awwissu – I Div- San Ġiljan v Sirens. Premier – Sliema v Valletta, Exiles v Neptunes