GĦAWM: Dan l-aħħar saru l-kampjonati nazzjonali tal-għawm fil-pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq fejn ħadu sehem l-aqwa għawwiema Maltin bħalissa.
L-aħwa Nikki u Neil Muscat kienu fost dawk li komplew jiksru r-rekords nazzjonali. Nicola Muscat waqqfet rekord fil-50m butterfly f’28.77 sek waqt li ħuha Neil irnexxielu jikser aktar rekords. L-ewwel wieħed kien dak fi Grupp D tal-50 backstroke b’ħin ta’ 27.62 sekondi waqt li fl-istess age group kiser ukoll ir-rekord tal-100m backstroke b’ħin ta’ 1>00.38 sek li hu ferm viċin ir-rekord nazzjonali mwaqqaf minn Ryan Gambin ta’ 1>00.11 sek.
Rekord ieħor għal Neil kien dak fil-200m freestyle f’2>00.05 sek biex imbagħad flimkien ma’ tliet għawwiem Julian Harding, Matthew Zammit u Raoul Stafrace, laħqu r-rekord fil-medley tal-4x50m u fil-4x100m medley b’ħin ta’ 3>58.39 sek.
Rekord ieħor milħuq minn Raoul Stafrace, Neil Muscat, Matthew Zammit u Edward Caruana Dingli kien dak fil-4x50m freestyle.
Fi Grupp B fil-100m freestyle ukoll kien reġistrat rekord minn Kyle Buhagiar.
Intant kien hemm ukoll suċċess fl-iskwadri kollha hekk kif ħafna għawwiema rreġisrtraw l-aħjar ħinijiet personali tagħhom.
Andrew Chetcuti kiser ir-rekord nazzjonali tiegħu stess fi 24.45 sek fil-50m freestyle u kien ta’ kuraġġ u ispirazzjoni għall-għawwiema l-oħra tal-klabb ta’ Sirens immexxija mill-kowċis Catalin Stan, Lara Deguara u Iana Said.
Dawn l-kampjonati fissru tmiem mill-aqwa għall-istaġun ta’ Sirens ASC wara l-prestazzjonijiet eċċellenti li kellhom ukoll għawwiema bħal Jeremy Bugeja, Charis Ceccarelli u Kim Castelletti fil-Logħob tal-FISEC fi Vjenna ftit jiem biss qabel waqt li Neeve Cauchi, Vanessa Nairalgas, Luke Grech Carr, Leah Tanti u Jan Culic ġew aċċettati biex jidħlu fl-iskola Nazzjonali tal-isport minn Settembru.
//= $special ?>