Il-Bord tal-Awtorità għall-Ippjanar approva applikazzjoni mill-Università biex isir bini għall-estensjoni tal-Kampus li se jinkludi car park taħt l-art. L-iżvilupp fl-Università se jinkludi fost oħrajn uffiċini għall-akkademiċi, staff tekniku u anke għar-riċerkaturi, spazji għal laboratorji, design studio u spazju għal workshops, kif ukoll numru ta’ faċilitajiet edukattivi oħrajn.
Il-proposta tinkludi wkoll il-bini ta’ sala għall-esebizzjonijiet u faċilitajiet biex jittellgħu l-konferenzi, ġonna li jintużaw għar-riċerka u parkeġġ għal 290 karozza, li se jgħin biex tissolva l-problema tan-nuqqas ta’ parkeġġ fl-Università. Iż-żona ta’ żvilupp hu plot agrikolu fuq il-Kampus fl-Università, iffurmata minn barrieri li mhumiex jintużaw b’total ta’ ftit anqas minn 13,000 metru kwadru.
L-irziezet li jinsabu biswit iż-żona fil-preżent qed jintużaw mill-Università ta’ Malta biex jaħżnu xi makkinarju. Parti oħra tas-sit li jinsab fiż-żona ta’ żvilupp għall-espansjoni tal-Università, diġà qed jintuża’ bħala parkeġġ.
//= $special ?>