Futbol Sport

Cavani se jibqa’ ma’ PSG

L-attakkant tal-Urugwaj Edinson Cavani ċaħad bl-aktar mod kategoriku l-possibilta` li jitlaq lil Paris Saint Germain.
Il-plejer ta’ 27 sena sieħeb liċ-Champons Franċiżi mingħand Napoli sena ilu u kien qed jissemma li seta’ jmur ma’ klabb ieħor, fosthom Manchester United.

“Ninsab ċert li se nibqa’ hawn. Inħossni tajjeb ħafna f’Pariġi, għandi kuntratt u nirrispetta lil PSG. Nippreferi nibqa’ hawn,” qal Cavani.

PSG se jibdew l-impenji tagħhom fl-istaġun 2014-15 għada meta jilagħbu kontra Guincamp fit-Trophee des Champions f’Beijing.